Il-jott taljan Wally 93 Bullitt huwa r-rebbieħ tal-44 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race.
Il-jott immexxi mill-iskipper Andrea Recordati rebaħ wara l-mekkaniżmu tal-ħin ikkoreġut. Wally 93 Bullitt kien f’taqtiegħa mal-jott Red Ruby għar-rebħ tal-Middle Sea Race, madanakollu dan tal-aħħar ma rnexxielux jasal lura Malta f’ħin biżżejjed sabiex jegħleb lill-jott taljan.
Fl-istess ħin l-organizzaturi tal-Middle Se Race ħabbru li l-ebda mill-jottijiet li għadhom itellqu ma jistgħu jeghlbu l-ħin ta’ Wally 93 Bullitt biex b’hekk dan tal-aħħar ġie dikjarat ir-rebbieħ b’mod uffiċjali.