Fid-17:00 tal-Erbgħa, 23 ta’ Ottubru, ir-rebbieħ tal-45 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race ġie imħabbar bħala l-jott Ġermaniża ta’ Carl-Peter Forster, Red Bandit.
Ir-Royal Malta Yacht Club ikkonferma li l-ebda waħda mid-dgħajjes li għadhom qed jieħdu sehem ma tista’ tegħleb il-ħin korrett fuq is-sistema tal-IRC ta’ Red Bandit. “Kważi ma nemminiex, tkun sodisfaċenti ħafna jekk dan iseħħ,” qal Forster qabel ma ħarġet il-konferma uffiċjali. “Jien partikolarment kburi b’dawn iż-żgħażagħ, li sa erba snin ilu ma kienu qatt tellqu fuq dgħajsa ta’ din il-kobor. Ninsab kburi bihom u kif ħadmu flimkien bħala tim.”
“Din kienet is-seba’ tellieqa tiegħi. Kienet il-Rolex Middle Sea Race straordinarja, f’bosta aspetti. Riħ sa 60 mil nawtiku fis-siegħa f’maltempata. Kompetizzjoni tajba il-ħin kollu,” kompla Forster.
Ekwipaġġ ta’ Red Bandit: Carl-Peter Forster, Bouwe Van Der Weiden, Christian Buck, Frederick Eichhorst, Jacob Meggendorfer, Jesper Radich, Joshua Weber, Max Wentzel, Moritz Troll, Moriz Forster, Nico Jansen, Niklas Schubert, Oliver Oczycz, Sophie von Waldow.
Il-kampanja Red Bandit tipprovdi programm ta’ taħriġ għal atleti żgħażagħ, taħt il-Forstar Offshore Foundation stabbilita minn Forster. Il-fondazzjoni tippermetti lid-dinghy sailors u talenti oħra żgħażagħ jesperjenzaw u jiżviluppaw bħala ekwipaġġi offshore fuq dgħajjes kbar. Bl-eċċezzjoni ewlenija ta’ Forster u, Jesper Radich li għandu esperjenza kbira, l-ekwipaġġ kollu għandu inqas minn 30 sena.