Tħabbar li r-rebbieħ tat-43 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race kien il-jott Franciż NMYD 54 Teasing Machine misjuq minn Eric De Turckheim
Ir-Royal Malta Yacht Club ikkonferma li ma fadal l-ebda jottijiet li għadhom qed jtellqu, li jistgħu jtejbu l-ħin korrett ta’ Teasing Machine.
“Hija emozzjoni kbira li tirbaħ ir-Rolex Middle Sea Race,” qal De Turckheim. “Hija l-ewwel rebħa tagħna ta’ tellieqa 600 mil nawtiku, minkejja li ksibna diversi podji madwar id-dinja. Barra minn hekk, ċertament din hija t-tellieqa favorita tagħna ta’ 600nm minħabba l-kumplessità tal-korsa u tal-irjieħ li huma sinonimi magħha.”
“Għandi passjoni għat-tlielaq tas-600nm,” kompla. “Din qisa maratona. Taħlita li wieħed jkun kompetittiv 24 siegħa wara 24 siegħa, u li jkollok ir-reżistenza u l-ħidma f’tim. Kienet is-seba’ tellieqa tagħna u l-esperjenza tgħodd ħafna.”
Ekwipaġġ Teasing Machine: Eric De Turckheim, Laurent Pages, Christian Ponthieu, Quentin Le Nabour, Tony Brochet, Gabriele Olivo, Betrand Castelnerac, Paco Lepoutre, Aleandre Degrival, Jerome Teillet, Quentin Bouchacourt
Eric de Turckheim, li hu Rear Commodore tar-Royal Ocean Racing Club huwa bniedem irrispettat fid-dinja tal-ibburdjar. Rebbieħ tal-klassi u t-tielet fil-klassifika ġenerali fl-2017, fid-debutt tal-NMYD 54, ġie segwit bit-tieni fil-klassi fl-2019, it-tielet fil-klassi fl-2020, u t-tieni fil-klassi fl-2021.
Teasing Machine huwa r-raba’ jott Franċiż li rebaħ ir-Rolex Middle Sea Race wara l-passi ta’ Antares (1981), Spirit of Ad Hoc (2008) u Courrier Recommandé (2018).