Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li l-jiem li ġejjin se jkunu kruċjali sabiex jonqsu t-tensjonijiet dwar il-kwistjoni tal-Ukrajna u r-Russja, dan hekk kif fil-jum tat-Tnejn iltaqa’ mal-President Russu Vladimir Putin f’Moska.
Il-midja internazzjonali rrappurtat kif għal darb’oħra, Putin qal li m’għandu l-ebda ħsieb li jinvadi lill-Ukrajna, dan filwaqt li wara l-laqgħa li kellu ma’ Macron huwa ta x’jifhem li kien hemm progress.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minkejja dan, uffiċjali Amerikani qalu kif ir-Russja għandha sebgħin fil-mija tal-forzi militari tagħha lesti sabiex jinvadu bil-qawwa.
Bosta mexxejja dinjija, fosthom Joe Biden u Boris Johnson qed jheddu lir-Russja li jekk tinvadi lill-Ukrajna, din se tkun qed tbati l-konsegwenzi.