Ħwienet tax-xagħar u tas-sbuħija fl-Afganistan se jkunu qed jagħlqu l-bibien tagħhom fil-ġimgħat li ġejjin fuq ordni tat-Taliban.
L-għeluq ta’ dawn il-ħwienet se jwassal għat-telf ta’ madwar 60,000 impjieg.
Il-ħwienet tas-sbuħija kienu tħallew ikomplu joperaw minn meta t-Taliban reġa ħa l-poter tal-pajjiż f’idu sentejn ilu, iżda reġġaa’ lura l-pożizzjoni tiegħu x-xahar li għadda.
Din id-deċiżjoni tkompli tnaqqas id-drittijiet tan-nisa fil-pajjiż hekk kif in-nisa u l-bniet diġa huma pprojbiti milli jmorru l-iskola, gyms, parks, u anke milli jaħdmu mal-Ġnus Maqgħuda.
It-Taliban ordna wkoll li n-nisa fil-pajjiż iridu jilbsu b’mod li jkunu jidhru biss għajnejhom, u jridu jkunu akkumpanjati minn raġel qarib tagħhom, meta jivjaġġaw għal aktar minn 72 kilometru.
Dawn l-ordnijiet baqgħu fis-seħħ minkejja diversi protesti u appelli minn madwar id-dinja.
Din l-ordni, tal-għeluq tal-ħwienet tax-xagħar u s-sbuħija, kienet fis-seħħ ukoll bejn l-1996 u l-2001. Huma kienu nfetħu fl-2001, wara l-invażjoni Amerikana, fl-Istati Uniti.