Fl-Ingilterra, il-prezz tal-basktijiet tal-plastik jaf jitla’ sa għaxar ċenteżmi inġliżi- bil-Prim Ministru Theresa May ħabbret li din il-miżura għandha tapplika għall-ħwienet kollha. Din il-bidla fil-prezz qed issir bħala parti mill-pjan tal-Gvern Ingliż sabiex jindirrizza l-problema tal-konsum għoli tal-plastik- dan hekk kif ta’ kull sena huwa stmat li aktar minn tlett biljun basktijiet tal-plastik huma użati minn kumpaniji żgħar u medji.