Daqqu l-għaxra, il-ħwienet kienu ilhom xi ftit li għollew ix-shutter, Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta bdiet timtela bin-nies.
Ħafna minnhom ħadu l-opportunità mit-temp sabiħ biex iduru l-ħwienet li qed joffru skontijiet li jkunu tant mistennija fl-ewwel xahar tas-sena. Uħud daħlu wkoll jagħmlu mawra sal-kapitali iżda ma jonqosx li jixtru xi ħaġa wkoll.
Iżda mhux kulħadd tal-istess fehema
Minkejja dan, il-prezzijiet imraħħsa xorta waħda jattiraw in-nies lejn il-ħwienet.
Il-ħwejjeġ huma l-aktar popolari waqt dan iż-żmien iżda anke ħwienet tal-kotba kienu mimlija bin-nies.