Il-ħut li kienu fl-akwarju tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u li l-pompa tiegħu waqqfet l-operazzjoni kollha tal-Ajruport jinsabu kollha ħajjin.
Dan wara li lbieraħ nirien ħakmu s-sala tal-wasliet b’numru ta’ titjiriet matul l-istess jum kienu affettwati.
F’post fuq Instagram, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kkonfermali l-ebda ħuta ma tilfet ħajjitha f’dan l-inċident u li issa jinsabu lura f’posthom.
Kien għall-ħabta tas-13:30 tal-bieraħ li l-Ajruport ġie evakwat wara li nirien ħakmu s-sala tal-wasliet fl-Ajruport Nazzjonali ta’ Malta fejn fortunatament ma ndarab ħadd.
B’koperazzjoni s-sala ġiet evakwata flimkien mal-kumplament taż-żoni fl-ajruport b’membri mill-Protezzjoni Ċivili jikkontrollaw in-nirien li oriġinaw mill-pompa tal-akwarju li jinsab fl-ajruport. Kollox mar lura għan-normal wara ftit sigħat.