Dak li fix-xitwa jkun mimli ilma, f’daż-żmien tas-sena ma ssiblu xejn għajr nixfa u das-sajf aktar minn oħrajn għaliex esperjenzajna sħana qawwija.
F’Wied il-Qlejgħa tkellimna ma’ Angela Bartolo uffiċjal mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi li tenniet li minħabba n-nixfa li hemm f’dan il-wied għajr għadira żgħira, il-goldfish, speċi aljeni għal Wied, spiċċaw mietu.
Qalet, “Mhux prattika tajba li jiġu u jitfgħuhom f’postijiet naturali għax kemm inkunu qed nagħmlu ħsara lill-ambjent naturali Malti iżda wkoll bħalma ġara hawnhekk eventwalment dal-ħut miet għax ma setax jgħix f’dawn il-kundizzjonijiet li mhux addattati għalihom.”
Intant, Angela Bartolo appellat biex ma jintefgħux speċi aljeni għax jagħmlu ħsara lill-ispeċi indiġeni.
Spjegat, “Tajjeb li ngħidu li speċi bħal dawn li huma aljeni ukoll, speċi li xi kultant ikunu invażivi jagħmlu aktar ħsara lill-ambjent Maltin jiġifieri l-ispeċi indiġeni jew endemiċi ta’ Malta. Għax ħafna mid-drabi speċi invażivi jikkompetu għall-post, għall-ikel mal-ispeċi indiġeni u endemiċi ta’ Malta.”