Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Ġunju 2018 mit-8.00pm ‘il quddiem, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ser jorganizza il-festa tradizzjonali tal-Ħuġġieġa ta’ San Gwann.
Corteo bil-Gran Mastru li ser ikun akkumpanjat mis-suldati, bil-qari tal-Bandu u persuni lebsin ilbies tradizzjonali Malti ser jimxi mat-toroq prinċipali tal-Mellieħa sakemm jasal f’Misraħ il-Parroċċa u jsir il-Grand Finale bis-sehem tal-In Guardia Re-enactors u l-ħruq tradizzjonali tal-ħuġġieġa.
F’din il-festa tradizzjonali ser jieħdu sehem fost oħrajn it-tliet soċjetajiet muzikali Melleħin, l-iskola taż-żfin Artemocion Dance Studio kif ukoll numru ta’ artisti lokali li ser jesebixxu xogħol tradizzjonali Malti kollu maħdum bl-idejn.
Kulħadd huwa mħeġġeġ sabiex jattendi. Dħul b’xejn.