Il-kumpanija Huawei kompliet issaħħaħ l-operazzjoni tagħha f’Malta. Fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-innovazzjoni Silvio Schembri il-kumpanija ffirmat memorandum of understanding mal-Gvern Malti bil-għan li dak li nbeda ftit tas-snin ilu jkompli jissaħħaħ. Permezz ta dan l-MOU, Malta se tkun fost l-ewwel pajjiżi fid-dinja li jkollha l-infrastruttura biex tilqa’ t-teknoloġija tal-5G.
F’Ottubru li ġej Malta se jkollha żona li fiha se tiġi użata t-teknoloġija tal-5G.
Tlett snin ilu Huawei użat lil Malta biex tipprova t-teknoloġija tal-5G. Bl-aħħar ftehim iffirmat żgħażagħ Maltin se jkollhom l-opportunita li jmorru barra minn Malta jirċievu taħriġ ma’ Huawei. Fl-indirizz tiegħu s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri semma’ kif pajjiżna qed ikun għażla naturali għall-investituri.
Min-naħa tad-diriġenti ta’ Huawei, dawn faħħru lil Malta li fi klima ekonomika pożittiva qed tkompli tagħtihom ċans li jkabbru l-operat tagħhom u jesplora teknoloġija ġdida.
B’ dan il-ftehim iffirmat it-teknoloġija 5G issa se tkun aċċessibbli wkoll għan-nies lokali.