Triq Ħ’Attard se jkun qed isirilha asfalt ġdid wara li ġarrbet ħsarat x’aktarx kawża tal-maltemp li ħakem il-gżejjer Maltin, bil-ħsara ma tagħmilx parti mill-pont ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Dan wara li ritratt tal-ħsarat beda jdur fuq il-midja soċjali b’uħud jinkwetaw li seta’ jħalli xi effett fuq il-pont li hemm fil-qrib. Fi stqarrija minn Infrastruttura Malta ntqal kif dawn il-ħsarat ma kellhom x’jaqsmu xejn mal-pont li hemm fil-qrib u ma huma ta’ ebda periklu għall-istabbilità tal-istruttura.
Spjegat kif se jkunu qed isiru xi xogħlijiet ta’ asfalt ġdid fl-istess triq proprju tul tmiem il-ġimgħa, dejjem jekk jippermetti t-temp.