Illum, f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira minn fuq il-Kampnar tal-Knisja Arċipretali taż-Żejtun xorta waħda nstema’ jidwi l-ħoss taċ-ċuqlajta.
Xogħolha huwa l-kontra tal-qniepen; il-qniepen ifakkru l-ferħ u ċ-ċuqlajta tfakkar in-niket li għadda minnu Ġesù Kristu…iżda din is-sena peress li tħassaru l-attivitajiet kollha marbuta ma’ dan iż-żmien, uħud assoċjaw il ħoss taċ-ċuqlajta mad-dwejjaq li ġabet magħha l-pandemija tal-Coronavirus.