Hospice Malta nediet il-kampanja annwali għall-ġbir ta’ fondi għal din is-sena. Il-kampanja bl-isem Sunflower, hi sejħa għall-azzjoni biex il-pubbliku jikkontribwixxi sabiex jinġabru fondi sabiex din l-għaqda mhux governattiva tkun tista’ tkompli tipprovdi kura palljattiva b’xejn lil kulħadd.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Hospice Malta, Kenneth Delia, qal li Matul l-2022, l-għaqda pprovdiet kura palljattiva professjonali lil aktar minn 1,300 familja permezz ta’ 57,000 siegħa grazzi għat-tim multidixxiplinarju kwalifikat li għandha u voluntiera dedikati.
Il-għotjiet se jippermettu lil Hospice Malta tkompli tgħin lill-pazjenti u lill-familji tagħhom billi jipprovdulhom firxa ta’ servizzi fosthom Kura fid-Dar, Daily Therapy Unit, HydroTherapy, Appoġġ għall-Lut, Servizzi ta’ Care Assistant, Self ta’ Tagħmir Speċjalizzat, Servizzi ta’ After Hours On-Call u Trasport tal-Pazjent. Il-fondi miġbura se jiġu utilizzati wkoll biex jiġi ffinalizzat l-aħħar proġett tal-NGO – St Michael Hospice li mistenni jkun operattiv fl-2023.

Fuljetti b’tagħrif dwar il-kampanja, kif ukoll dettalji dwar kif wieħed jista’ jagħti donazzjoni, qed jitqassmu fid-djar kollha madwar Malta u Għawdex.
Għal aktar tagħrif dwar kif wieħed jista’ jgħin u joffri għotja lil Hospice Malta, żur www.hospicemalta.org jew ċempel fuq in-numru (+356) 2144 0085.