Il-manifattur tal-karozzi Honda se tagħlaq l-impjant tagħha fi Swindon fir-Renju Unit. Fil-preżent dan huwa l-unika impjant li l-Honda għandha fl-Unjoni Ewropea.
Qed ikun irrapurtat li din il-mossa taf tpoġġi mat-3,500 impjieg fil-periklu. Dan mistenni jseħħ fl-2022.
Dan il-pjan mistenni jiġi mħabbar it-Tlieta filgħodu.
Fl-impjant ta’ Swindon il-Honda tipproduċi mal-100,000 karozza tat-tip Honda Civic għal diversi swieq madwar id-dinja.
Huwa mifhum li r-raġuni ewlenija għal dan il-pjan hija l-inċertezza li qed iġġib magħha Brexit.