Il-ħolma ta’ bosta se titwettaq hekk kif il-jum qabel għeluq snin il-fundatur ta’ ALS Malta Bjorn Formosa, se tkun qed tinfetaħ Dar Bjorn. Dar bil-għan li tgħin persuni li għandhom il-kundizzjoni tal-ALS, MS u NS.
Permezz ta’ messaġġ fuq Facebook hu qal li qatt ma jista’ jaqla’ rigal ikbar minn dan, fejn din id-dar se tkun qed tiġi uffiċjalment inawgurata mill-Prim Ministru Joseph Muscat.
Id-dar se tkun qed tinferaħ fl-20 ta’ Ottubru biċ-ċeremonja tal-ftuħ tkun fid-20:45 b’artisti fosthom Tribali u Brooke biex jagħtu spettaklu fost ħafna affarijiet oħra.