It-toroq mkissra ta’ Brussel qed jieħdu laqta iżjed kkulurita hekk kif attivist lokali ħa l-inizjattiva li jiżra għadd ta’ fjuri fil-ħofor tat-toroq tal-Kapitali Belġjana.
Armat b’ basket tal-plastik mimli fjuri bħal ġiranji u narelli, l-attivist ta’ 29 sena, beda jpoġġi l-fjuri f’ kull ħofra li jara fit-triq, inkluż fl-iżjed toroq traffikużi ta’ din il-Belt.
Kienu ħafna li rrikonoxxew u faħħru dan l-att li ħalla l-frott, hekk kif il-Gvern Lokali diġa beda jsewwi għadd ta’ ħofor li matul il-ġranet li għaddew ġew mimlija bil-fjuri.