Il-ħnieżer li nstabu fiċ-Ċirkewwa lbieraħ jinsabu f’kundizzjoni tajba ta’ saħħa, b’aċċess għal ikel u ilma. Dan sar magħruf wara spezzjonijiet mid-Direttorat tar-Regolazzjoni Veterinarja fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent wara, li kien allegat li l-14-il ħanżir kienu qed jinżamu f’kundizzjonijiet mhux xierqa.
Fi stqarrija, id-Direttorat qal li l-ħnieżer kienu qed jinżammu fi spazju ta’ tliet ikmamar u bitħa, u li l-post kien miżmum nadif b’aċċess tajjeb għall-ilma. Madanakollu, l-ispezzjoni sabet ukoll li l-ħnieżer ma kinux iċċippjati.
L-istqarrija fakkret li skont il-liġi, persuni li jrabbu l-ħnieżer għandhom ikunu identifikati biċ-ċippa li toħroġ mingħand veterinarju. Sid il-ħnieżer għaraf dan in-nuqqas, u ebda azzjoni mhu se tittieħed fil-konfront tiegħu. Il-liġi tgħid ukoll li żewġt iħnieżer biss jistgħu jinżammu f’sit wieħed, fattur li jista’ jiġi fis-seħħ sa sena wara li dawn ir-regolamenti jkunu nfurzati. Għalhekk, is-sid jista’ jirregola l-pożizzjoni tiegħu f’ħin stabbilit.
Id-Direttorat fakkar li mill-5 ta’ Settembru li ġej, persuna li ma tobdix dawn ir-regolamenti tista’ teħel sa’ €11,500 multa.