Waqt il-pandemija tal-Coronavirus, il-Partit Nazzjonalista kompla jiġbor il-flus.
Il-partit f’tal-Pietà ta’ Adrian Delia ilu kważi xahrejn, minn mindu feġġ l-ewwel każ ta’ Coronavirus jitlob in-nies iċemplu biex ituh il-flus.
Dan sar fi sfond tal-problema kbira ta’ dejn li għandu l-Partit Nazzjonalista, b’eks uffiċjali tal-partit kienu qalu li l-Partit ta’ Delia għandu mal-erbgħa u tletin miljun ewro dejn.
F’intervista s-Sibt filgħodu, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia tkellem dwar id-djun tal-Partit Nazzjonalista u tefa’ l-ħtija tal-problema fuq meta l-Partit Nazzjonalista kien immexxi minn esponenti mill-fazzjoni tal-eks kap Nazzjonalista Simon Busuttil.
Delia qal, “Mhux f’Novembru biss d-dejn tal-Partit, kien ilu jakkumola għal numru ta’ snin ħafna.”
F’jum il-ħaddiem il-Partit Nazzjonalista organizza wkoll maratona ġbir ta’ fondi sabiex jiġbor il-flus.
Il-preżentattriċi qalet lil David Agius, Ħa nħallik tkompli għax il-kap qed jipprova jlaħħaq ma’ żewġ telephones.”
Dan filwaqt li l-Partit Nazzjonalista spiċċa jbigħ ix-xirjiet sabiex jiġbor il-flus.
“Ilbieraħ kellna programm fejn f jum il-ħaddiem għamilna effort biex in-nies jgħinuna.” Qal Delia.
Intant mistoqsi għala propju issa preżenta mozzjoni li permezz tagħha l-Oppożizzjoni baqgħet tattakka ftehim li jolqot l-isptar Ġenerali t’Għawdex u l-Isptar ta’ Karin Grech f’Malta f’dan il-mument sensittiv, Delia wieġeb hekk.
“L-ewwel nies aħna ma niddeċiedux t-timing aħna.” Temm jgħid Delia.
Il-Partit Nazzjonalista preżenta l-mozzjoni ġimgħa ilu u għażel hu propju dan il-mument fejn is-servizzi tas-saħħa għaddejin minn ċirkostanza straordinarji minħabba l-imxija tal-Coronavirus.