Jekk f’postijiet madwar id-dinja li f’dawn iż-żminijiet ikunu miksija bis-silġ, ifisser li n-nies jissakkru ġo djarhom u ma joħorġux, mhux l-istess għal dan il-kelb. Kif jidher fil-filmat, dan il-kelb qed jieħu gost itella’ bi snienu lura l-islitta, jitla’ fuqha u jiżżerżaq l’isfel. Il-Filmat ittella’ fil-paġna popolari Animalkind Stories u rawh kważi tliet miljun persuna.