Id-Dipartiment tas-Saħħa qal li l-flus imħallsa mill-Gvern lill-kumpanija Vitals Global Healthcare saru skont il-kuntratt.
B’reazzjoni għall-artiklu tal-ġurnalist Ivan Camilleri ppubblikat f’The Times, id-Dipartiment tas-Saħħa qal li l-ħlasijiet li saru matul is-snin 2016 u 2017 huma skont it-termini maqbula fil-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u VGH u li fl-ebda ħin ma tħallsu flus żejda kif ipprova jallega fl-istess artiklu.