Il-Prim Ministru Joseph Muscat feraħ lil Mark Camilleri li fl-aħħar publikazzjoni tiegħu dwar l-istorja ta’ Malta jagħti valur lil dawk li ħafna drabi fil-passat kienu injorati – ‘in-nies komuni’, dawk li, bis-saħħa u l-ħila tagħhom, ikkontribwew fl-iżvilupp u l-prosperità tal-pajjiż.
Kien il-Ħamis waranofsinhar li l-Prim Ministru ġie ippreżentat b’kopja tal-ktieb A Materialist Review of Maltese History: 1919-1979.
Dr.Muscat qal li dan il-ktieb huwa stedina għal politiċi, biex inżommu għajnejna fuq il-futur fi ħdan il-perspettiva tal-poplu, billi nirrikonoxxu sehemhom fid-deċiżjonijiet, inkunu konxji tal-importanza tagħhom u napprezzaw il-kontribuzzjoni kostanti tagħhom.
Dan il-ktieb huwa t-tieni volum mis-sensiela riviżjonista ta’ Camilleri bil-ħsieb li jipprovdi interpretazzjoni materjalista tal-Istorja Maltija.
Looking forward to reading @markcamilleri5 second installment on the transformation of #Malta -JM pic.twitter.com/GlJl3VLGXW
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) October 4, 2018