Terremot li laqat l-Highlands Skoċċiżi qed jitqies bħala l-ikbar terremot li qatt seħħ fir-reġjun tul dawn it-tletin sena.
il-British Geological Survey sostnew li t-terremot, li laqat iż-żona ta’ Moidart ftit qabel l-15:45 il-Ġimgħa, irreġistra fuq l-iskala richter qawwa ta’ 3.8.
It-terremot inħass sew f’dawk l-inħawi tal-Iskozzja, fejn l-aħħar terremot qawwi li kien irreġistrat kien f’Settembru tal-1986 ta’ qawwa 4.1.
Kienu bosta li qasmu l-esperjenza tagħhom permezz ta’ messaġġi fuq il-midja soċjali.