Il-militar Iżraeljan, wettaq attakki mill-ajru, fin-nofsinhar tal-Libanu, filwaqt li l-Hezbollah wettqu attakki kbar permezz ta’ mijiet tad-drones u r-rokits – xi ħaġa li ddeskrivew bħala ritaljazzjoni għall-qtil ta’ membru għoli fi ħdanha, f’Beirut, f’Lulju, mill-militar Iżraeljan.
Il-Hezbollah, kkonfermaw li bdiet l-ewwel fażi tal-attakk fuq l-Iżrael. Dan filwaqt li qalu li din l-operazzjoni, li għadha kemm twettqet, hija kompluta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Ministru għad-Difiża Iżraeljan, Yoav Gallant, iddikjara stat ta’ emerġenza fil-pajjiż.