Il-maltemp li ħakem il-pajjiżna fi tmiem il-ġimgħa li għadda, ikkawża ħsara kbira fil-lukanda Radisson f’San Ġiljan. Ritratti li poġġa fuq Facebook ic-Chief Executive Officer ta’ Island Hotels, Winston J Zahra, juri kif fi ftit jiem is-sala tal-lukanda reġgħet ġiet lura għan-normal u li se terġa tibda tilqa’ l-klijenti normali.

Dan ir-ritratt juri s-sitwazzjoni fis-sala tal-lukanda wara l-maltemp.

Is-sala tal-lukanda ftit jiem ilu wara tindif u ħidma bla heda.