Wara l-edizzjoni tal-għaxar anniversarju s-sena l-oħra, il-kunċert annwali, “Rock in the Forest”, din is-sena ser isir il-Ġimgħa fil-25 ta’ Awwissu, ic-Chateau Buskett fil-limiti tar-Rabat.
Rock in the Forest ser isir b’risq is-Cystic Fibrosis fundraising Malta u l-inzjattivi ta’ sensibilizzazzjoni u ġbir ta’ fondi tagħha lejn proġetti ta’ riċerka mmirati biex isibu kura għal din il-marda.
Il-kunċert ser joffri lil udjenza xelta vasta ta’ mużika u kanzunetti mill-aqwa, ta’ kull żmien u ta’ stili differenti. Dawn jinkludu; mużika klassika, moderna, hits rock kontemporanji minn baned u artisti bħal: Coldplay, Queen, Maneskin, Kiss, Foo Fighters, Pink Floyd, Green day, Paramore, Blondie, Muse, Led Zeppelin, U2, Elton John, Bryan Adams, Tina Turner, Alanis Morissette,Eurythmics fost oħrajn.
Fil-kunċert ta’ din is-sena ser jipparteċipaw 14-il kantanti u mużiċisti lokali fosthom Gianni Zammit (RUG) u l-kitarrist, Wayne Camilleri, Jeanelle Newell, Sarah De Marco, Simaria Galea, David Ellul Mercer, Georgius Mifsud u l-fundatur tal-avveniment David Perotti.
Il-banda tar-Rock in the Forest ser tikkonsisti minn Kristina Perotti (tnabar), il-kitarristi Carl Tanti, Georgius Mifsud (Checkmate MT), Mario Saliba (Bletchley Park, explicit) u Gianni Zammit, il-bassist Cliff Smith (Rising Sunset) u d-drummer Franco Aloisio.