Matul is-sena l-oħra, il-ħażna tal-enerġija rinovabbli minn pannelli fotovoltajiċi żdiedet b’għoxrin punt ħamsa fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
Dan skont statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO.
Fil-fatt l-NSO qal li matul l-elfejn u għoxrin, ġiet iġġenerata enerġija ta’ ftit aktar minn mitejn u tlieta u tletin Gigawatts fis-siegħa.
B’kollox hawn disgħa u għoxirn elf, tliet mija u disgħa u tletin pannella li jaħdmu bix-xemx u għalhekk jiġġeneraw enerġija rinovabbli.
Meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, is-sena l-oħra kien hemm kważi sebgħa fil-mija jew elfejn pannella iżjed.
L-akbar żidiet fin-numru ta’ pannelli li tpoġġew f’pajjiżna kienu fin-naħa tax-Xlokk ta’ Malta.
Il-produzzjoni tal-enerġija mill-pannelli wkoll rat żieda fuq is-sena ta’ qabel.
Fil-fatt fl-elfejn u għoxrin, il-produzzjoni t’enerġija laħqet ftit aktar minn mija u erbgħa u tmenin elf, ħames mija u tlieta u sittin Kilowatt fis-siegħa.