Tnieda abbozz ta’ liġi li se jara l-ħatra ta’ Kumitat ġdid dwar il-Ħatriet Pubbliċi tal-Kamra tad-Deputati.
Kumitat li se jara li meta tkun se ssir ħatra pubblika, il-Ministru responsabbli jkun obbligat jieħu l-parir tal-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.
Iffurmat minn ħames membri – tlieta rappreżentanti tal-Gvern u tnejn tal-Oppożizzjoni, il-Kumitat se jmexxi smigħ Parlamentari dwar persuni nominati minn Ministri għal ċertu ħatriet pubbliċi, u jagħti parir lill-Ministri rispettivi.
Din ir-riforma storika se tara lill-Gvern tal-ġurnata li qabel jinnomina ċerpersin għal Awtoritajiet regolatorji ewlenin u Ambaxxaturi mhux tal-karriera, ikollu l-obbligu li jieħu parir mill-Parlament.
Dan l-abbozz ta’ liġi mhuwhiex iżolat, hekk kif jingħaqad id f’id ma’ liġijiet oħra bħal tal-whistleblower u tal-finanzjament tal-Partiti, li dan il-Gvern daħħal bil-għan li tissaħħaħ id-demokrazija ta’ pajjiżna.