Il-ħatra tas-sistema tal-ġudikanti f’pajjiżna għandha l-barka tal-Qorti Ewropea.
Stqarr dan l-Imħallef Emeritu Joseph Zammit Mckeon f’intervista li kellu mal-ġurnalist veteran Reno Bugeja.
Qal, “Apparti dik, illum għandna il-blessing ċar u tond tal-Qorti Ewropea.”
L-imħallef emeritu, b’erbgħin sena esperjenza fil-qasam legali li tnax minnhom qattagħhom fuq il-bank tal-ġudikatura, stqarr li s-sistema tal-ħatra tal-ġudikanti preċedenti kienet tajba imma kellha tinbidel minħabba l-perċezzjoni tan-nies.
Fl-intervista, Zammit Mckeon saħaq favur aktar użu tat-teknoloġija fl-awli, u għamel dan billi ta l-eżempju tal-iskejjel.
Spjega, “Wasal iż-żmien illi skola ikollha tfal mal-għalliem u persuna ma jiflaħx jista’ jisma’ online. Xi ħaġa barra minn hawn din? Ħadmet din. L-istess ħaġa tista ssir il-Qorti. Bħalissa mhux issir imma għandha ssir”
Zammit Mckeon ta wkoll punti għoljin lis-sistema ġudizzjarja ta’ pajjiżna.
Qal, “Mill-1 sa 10, kemm ittiha s-sistema ġudizzjarja ta’ pajjiżna? –Jien intiha 8. Jiena emmint fiha, nemmen fiha, kuntent bil-ġudikanti, jaħdmu qatigħ fis-silenzju, mingħajr ma ħadd jgħidilhom grazzi, bilkemm iħares lejhom, bilkemm isellmulhom, jien għexta dik il-ħajja u meta kien wasal iż-żmien biex nirtira għedt it’s enough now.”