Illum nsellmu lis-Sajf u nibdew nersqu lejn staġuni aktar Xitwin – dak tal-Ħarifa. Staġun fejn nibdew nistennew aktar temperaturi baxxi u xi ħalbiet tax-xita ma jonqsux. Magħha jiftħu wkoll l-bibien l-iskejjel u l-universitajiet u l-istudenti jerġgħu lura fuq il-bankijiet u jtennu l-istudji tagħhom.
ONE jibda wkoll bi skeda ġdida tal-Ħarifa, mimlija programmi informattivi, ta’ diskussjoni u dramas ġodda. Segwu aktar dwar l-iskeda l-ġdida ta’ ONE fuq il-paġna ta’ Facebook – ONE.com.mt u ONE radio.