Il-ħanut li għanda l-familja tal-Kuntistabbli Simon Schembri f’ Raħal Ġdid safa fil-mira ta’ attentat ta’ serqa.
Hu mifhum li r-reat seħħ matul il-lejl li għadda, b’ iben Schembri jinduna bl-isgass għall-ħabta tad-9:30 ta’ dalgħodu wara li mar biex jiftaħ il-ħanut bħall ma jagħmel kuljum.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar għadd ta’ esperti biex jassituh fl-investigazzjonijiet tiegħu. Intant Il-Pulizija tal-forensika elevaw ukoll xi marki tas-swaba’ għal aktar investigazzjonijiet filwaqt li qed teżamina filmati mill-kameras tas-sigurtà fl-akwata.
Din l-aħbar kienet xokk kbir għall-familja Schembri hekk kif propju ħdax -il ġurnata ilu esperjenzaw dak li qatt ma kienu qed jistennew. Dan hekk kif il-Kuntistabbli Schembri safa vittma ta’ attentat ta’ qtil wara li ġuvni ta’ sbatax -il sena tajjru f’Ħal Luqa.