Din is-sena, Diċembru ma fissirx biss il-Milied Nisrani jew pagan li nafu aħna iżda ukoll il-Hannukah, festa Lhudija li tiċċelebra l-inklużjoni u l-għaqda bejn il-kulturi.
Tista’ tgħid li dan huwa il-Milied antik tal-Lhud.
Minkejja l-kesħa tal-Erbgħa filgħaxija, il-komunita Lhudija f’Malta ingħaqdet fil-pjazza Jean De Vallette fil-Belt Valletta biex tfakkar din il-festa. Tkellimna mar-Rabbi Chaim Segal, u martu Mushka dwar is-simboliżmu wara l-kelma Hannukah.
Muschka Segal, mart ir-Rabbi, qaltilna hekk:
“It is a holiday mainly based on a history of about 21 centuries ago where things tried to be forced upon us and faithful jews in Israel decided to fight against this oppression and this is what we are celebrating now, freedom of culture around the world”.
Staqsejna lir-Rabbi kif il-komunità Maltija laqgħet il-kultura Lhudija, għaliex għalkemm hawn madwar mitejn lhudi f’pajjiżna xorta nassoċċjaw it-tradizzjonijiet Kattoloċi biss ma pajjiżna. Chaim Segal wieġeb:
“The people welcomed us nicely. This is a country which can show the whole world how we can live together with harmony. And from the day we take this light and give it to all of you”.
Il-Ministru Helena Dalli li kienet preżenti għaċ-ċelebrazzjoni qalet li għandna nikkreaw spazju għal komunitajiet differenti f’pajjiżna mingħajr kunflitt. Dan sabiex kulħadd jgħix b’mod seren mingħajr ebda biża, u l-kulturi tagħhom
Segwi mumenti hawn:
https://www.youtube.com/watch?v=wQKVWKh1v6A