Plejers ta’ Ħamrun Spartans żaru d-Dipartiment tal-Onkoloġija fl-Isptar Mater Dei biex jagħtu sorpriża, u jqassmu xi rigali lit-tfal li qed jingħataw il-kura bħalissa.
F’messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tagħhom fuq Facebook, it-tim qal li din iż-żjara kienet waħda memorabbli, fejn kollha kemm huma raw b’għajnejhom l-isfidi li jaffaċċjaw iċ-ċkejknin li ntlaqtu mill-marda tal-kanċer. Dan, skont it-tim, b’kuntrast għal problemi relattivament żgħar li naffaċċjaw aħna lkoll ta’ kuljum.
“Din kienet lezzjoni għalina lkoll, lezzjoni fil-qlubija li dawn iċ-ċkejkin, juru fil-battalja li jiġġieldu ta’ kuljum għal ħajjithom”, qalu l-membri ta’ Ħamrun Spartans.