Nhar il-Ħamis li ġej se ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Federazzjoni tal-Klabb tal-Boċċi li se ssir ġewwa l-pitch ta’ Santa Luċija.
F’din il-laqgħa se ssir elezzjoni għal President bejn Giovanni Fabri u C.J. Saliba u se jkun magħżul il-kunsill għas-sentejn li ġejjin.
Il-kunsill ta’ din il-federazzjoni se jkun magħmul minn President, Segretarju, Tezorier u sitt membri oħra.
Waqt din l-attività se jkunu osservati d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa.