Nhar il-Ħamis 15 t’April jista’ jkun hemm xi interruzzjonijiet fit-trażmissjonijiet bejn id-9:00am u t-3:00pm minħabba li se jsiru xi xogħlijiet fuq it-Torri tal-Għargħur.
Dan ħabbritu fi stqarrija l-Awtorità tax-Xandir fejn spjegat li dawn ix-xogħlijiet qed isiru bil-għan li jkun hemm bdil fis-sistema tal-elettriku.
L-Awtorità tax-Xandir sostniet li jekk ix-xogħol jitlesta qabel, it-tranżmissjoni tirritorna għan-normal qabel previst.