Bir-rebħa fl-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew tat-tmienja ta’ Ġunju, il-Partit Laburista rebaħ il-ħames elezzjoni infila minn daqstant ieħor elezzjonijiet simili li saru f’pajjiżna fl-aħħar għoxrin sena. Dan wara r-rebħiet li saru fl-2004, fl-2009, fl-2014 u, l-aħħar waħda qabel dik tal-lum, li saret fl-2019.
Għaldaqstant il-Partit Laburista ilu jirbaħ din l-elezzjoni importanti sa miż-żminijiet li kien fl-Oppożizzjoni, l-ewwel taħt it-tmexxija ta’ Dr Alfred Sant u mbagħad taħt Joseph Muscat u, imbagħad, waqt li kien fil-Gvern taħt l-istess Dr Muscat u issa taħt Dr Robert Abela.
Fil-ħames appuntamenti elettorali, il-Partit Laburista dejjem kellu distakk b’saħħtu, waqt li l-Partit Nazzjonalista għadu qatt ma kiseb maġġoranza mill-elettorat.
Ritratti: DOI