Nestlé Malta nediet il-ħames edizzjoni tal-Clothes Collection Drive tagħha, inizjattiva annwali li tħeġġeġ lill-pubbliku u lill-impjegati tal-kumpanija jagħtu b’donazzjoni ħwejjeġ tal-irġiel nodfa biex imorru lil żewġ NGOs lokali – Inspire Foundation u MSPCA – li joperaw ħwienet tal-karità madwar Malta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-inizjattiva ta’ din is-sena se tiżvolġi bejn l-1 u t-30 ta’ Novembru li ġej.
Dawk interessati li jgħinu lil dawn l-NGOs qed jiġu mistiedna jħallu d-donazzjonijiet tal-ħwejjeġ tagħhom fin-Nestlé Consumer Centre f’Ħal Lija, li jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ħamis, mit-8:00 am sat-3:00 pm, il-Ġimgħa u s-Sibt mit-8:00 am san-nofsinhar.
Għal aktar tagħrif dwar in-Nestlé Malta Clothes Collection, wieħed jista’ jċempel fuq 80074114.