Il-Ministeru tas-Saħħa f’Gaza qal li erbatax-il persuna nqatlu fi splużjoni f’al-Mawasi, viċin Khan Younis.
Al-Mawasi, li kważi jġib id-daqs tal-ajruport ta’ Heathrow f’Londra, ġie mmarkat bħala “żona sigura” f’Gaza mill-forzi ta’ Iżrael.
Sadanittant, il-funeral tad-deputat mexxej tal-Hamas, Saleh al-Arouri, li nqatel fil-Libanu fi strajk suspettat li sar minn Iżrael, sar illum f’Bejrut.
Minn tal-inqas elf u mitejn ruħ inqatlu minn meta l-Hamas attakkaw lil Iżrael fis-sebgħa t’Ottubru, u mal-mitejn u erbgħin oħra nżammu ostaġġ.
Il-Ministeru tas-Saħħa f’Gaza, immexxi mill-Hamas, qal li aktar minn tnejn u għoxrin elf ruħ inqatlu fit-territorju, minn meta Iżrael irritalja u bdiet il-gwerra.