Chernobyl huwa isem li baqa’ sinonimu għall-katastrofi. Reċentement, id-diżatru tal-1986 reġa’ ngħata prominenza minħabba s-serje li qed tintwera bħalissa li ġġib l-istess isem.
Din it-traġedja ħalliet diżastru totali għaliex ikkawżat eluf ta’ mard terminali bħalma hu l-kanċer. Din iż-żona li qabel kienet ippolata saret post tal-biża’. Minkejja dan f’dan il-post xorta qed jabitaw annimali fosthom: lpup u orsijiet.
Il-ħajja veġitattiva salvat anke fi nħawi fejn kien hemm l-aktar radjazzjoni. Jingħad li din bdiet tirkupra 3 snin wara li seħħet din it-traġedja.
Dan l-inċident ta’ Chernobyl, jixhed kemm l-ambjent qiegħed iħalli impatt fuq il-pjaneta. Din il-ġrajja tat opportunità lin-natura terġa’ tibda tabita f’dan il-post, minħabba li m’hemmx bnedmin jgħixu fih.