Il-Haiti talbet biex jintbagħtu truppi barranin biex jipproteġu l-pajjiż wara l-qtil tal-President Jovenel Moïse.
It-talba ntbagħtet mill-Gvern lill-Istati Uniti u n-Nazzjonijiet Magħquda, iżda l-Amerka tenniet li m’għandha l-ebda pjanijiet li toffri assistenza militari bħalissa.
Il-Pulizija tal-Haiti qalet kif grupp ta’ tmienja u għoxrin eks suldat barrani qatlu lill-President l-Erbgħa li għadda, u minnhom ġew arrestati sbatax-il persuna.