Jekk hemm bniedem li jispikka, huwa Donald Trump. Ġieli għal raġunijiet tajba, u ġieli inqas tajba. Pero din id-darba, spikka għal raġuni verament stramba: il-hairpins ta’ xagħru bajda jew safra, skont kif tħares lejha. Dawn il-hairpins iddebuttaw waqt diskors li għamel fil-Messiku.
Dan ir-ritratt huwa fost dawk li sploddew fuq l-internet – naħsbu li min kien reponsabbli għall-hairstyle se jitkeċċa minnufih.
Waqt iż-żjara fil-Messsiku, Trump ltaqa’ mal-President Enrique Peña Nieto. Hemm il-preżenza tiegħu skattat ċertu sens ta’ antipatija, peress li Trump qed jipproponi li jinbena ħajt fil-fruntieri bejn il-Messiku u l-Istati Uniti. Dawn it-tweets, iżda, jitkellmu waħedhom.
Kliem Nieto jfisser: “Qed nirrepeti dak li għedtlek wiċċ imb’wiċċ, Sur Trump: il-Messiku m’hu se jħallas qatt għal dan il-ħajt.”