Id-deputat Nazzjonalista kompla bl-attakki fil-konfront tal-“mod ġdid” ta’ Adrian Delia.F’kumment li ħalla fuq is-sit soċjali ta’ Facebook tefa’ botti ċari fil-konfront tal-klikka ġdida li qed iddur ma Adrian Delia. Dan fid-dawl ta rapport maħruġ mis-sit tal-Maltatoday fejn ġie żvelat li l-Assistent Segretarju Ġenerali tal-PN Jean Pierre Debono uża prokuri b’firem foloz sabiex ikun jista’ jiġbor id-dokumenti tal-voti tat-tesserati.