Il-Ministru Edward Zammit Lewis iltaqa’ mal-ħaddiema u mal-ġudikanti tal-Qrati ta’ Malta waqt l-ewwel żjara tiegħu mindu l-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti kellha Kap Eżekuttiv ġdid.
Fil-fatt, il-Ministru Zammit Lewis iltaqa’ ma’ Eunice Grech Fiorini fejn tenna dwar dan l-irwol importanti. Spjega wkoll li l-ħatra tas-Sinjura Fiorini tindika l-prinċipju tal-ugwaljanza li tant jemmen fih dan il-Gvern.
Min-naħa tagħha, Fiorini qalet li tħares ‘il quddiem biex flimkien mal-impjegati kollha fi ħdan l-aġenzija tkompli ssaħħaħ s-servizzi tal-Qorti sabiex jibqgħu jiġu offruti servizzi effiċjenti u ta’ kwalità.
Dan billi fost oħrajn ikompli jsir investiment fil-qasam tat-teknoloġija u r-riżors uman.