Fl-aħħar jiem, il-ħaddiema tal-forzi tal-ordni qassmu madwar 3,000 rigal lit-tfal madwar pajjiżna, li l-poplu Malti u Għawdxi ħalla taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja bħala parti mill-kampanja ‘Rigal bi Mħabba’.
Din is-sena kienet kienet ir-raba’ edizzjoni ta’ din l-inizjattiva li saret minn mart il-Prim Ministru Lydia Abela u bintha Giorgia Mae.
Bl-għan ta’ din l-inizjattiva huwa li tħalli tbissima fuq wiċċ bosta tfal, li għal diversi raġunijiet ma setgħux ikollhom rigal f’dawn iż-żminijiet ta’ festi.
F’kitba fuq il-midja soċjali, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri rringrazzja lill-ħaddiema fis-setturi tas-sigurtà li qasmu dawn ir-rigali.