Il-Ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Kumpanija Astracast, se jieħdu l-pagi dovuti lilhom.
Irrapurtat dan l-Orizzont, hekk kif l-isforzi tal-Gvern u l-General Workers Union wasslu sabiex il-ħaddiema kollha li kienu jaħdmu mal-kumpanija jitħallsu l-pagi dovuti lilhom sa meta għalqet il-fabbrika.
Kien fis-sbatax ta’ Jannar, li tnejn u tletin ħaddiem tal-fabbrika f’Bulebel, għalqet il-bibien tagħha darba għal dejjem.
L-inkwiet fi ħdan il-kumpanija kien ilu għaddej għal diversi ġimgħat, bil-ħaddiema jilmentaw li kienu ilhom ma jitħallsu minn nofs Diċembru.
L-Orizzont irrapurtat li l-General Workers Union permezz tal-avukati tal-unjin qed tkompli tipproċedi billi għamlet talba lis-sidien tal-kumpanija biex jagħtu dak kollu dovut lill-ħaddiema permezz tal-ftehim kolettiv u kuntratti privati tat-top management.
Il-General Workers Union esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li l-ħaddiema qed isibu xogħol fi żmien qasir, wara li diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-General Workers Union wasslu l-ħaddiema jieħdu l-pagi.