Żieda ta’ madwar 20% mqassma fuq ħames snin ġiet offruta lil kull impjegat tal-Air Malta bil-għan li jkun hemm aktar produttività, ħabbar dan il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi waqt konferenza tal-aħbarijiet
Mizzi spjega kif il-Gvern għażel li jagħżel l-aħjar triq, dik ta’ strateġija li tgħin lill-kumpanija tikber li fosthom kienet tinvolvi aktar rotot u żieda fl-ajruplani li joperaw.
Hu qal li din iż-żieda se tkun qed tiswa b’kollox €16-il miljun fejn sabiex il-kumpanija tkun tista’ tiffinanzja din l-istrateġija, il-linja tal-ajru trid iżżid id-dħul b’€100 miljun.
Il-Ministru qal li l-ftehim kollettiv il-ġdid għal-ħames snin li ġejjin irid jiġi ffirmat sal-1 ta’ Jannar.
Intqal kif il-linja tal-ajru kellha żewġ għażliet, dik li tkompli ċċekken jew li tkabbar sabiex iżżid fid-dħul u taqsam il-bażi tal-ispiża fuq aktar ajruplani.
Bi skambju ta’ żieda fil-paga bażika, il-piloti u l-cabin crew, se jkunu mistennija li jaħdmu aktar sigħat skont l-istandards internazzjonali.