Il-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei qablu li jieqfu jagħmlu użu minn plastik mill-1 ta’ Frar. Din hi inizjattiva li se tkun qed tara l-eliminazzjoni ta’ madwar żewġ miljun oġġetti tal-plastik fis-sena.
Dan f’kampanja biex jitnaqqas l-użu tal-plastik, fosthom il-frieket u s-skieken, li jintużaw biss għal darba u wara jintremew b’detrement għall-abjant.
F’messaġġ fuq Facebook l-Isptar Mater Dei ħeġġeġ lil kull min għandu xi qarib l-isptar jew forsi se jkun qed imur l-isptar, biex jagħmel użu minn frieket, skieken, kuċċarini u mgħaref minn tiegħu sabiex jagħmel il-parti tiegħu għall-aħjar għall-ambjent u jnaqqas l-użu u d-dipendenza tal-plastik.
Intant l-Isptar qal li l-pazjenti xorta se jkunu qed jingħataw frieket, kuċċarini u dak li jkollhom bżonn waqt il-ħin tal-ikel.