Minn kmieni dalgħodu, il-ħaddiema mid-Dipartiment tat-Tindif bdew inaddfu u jiddizinfettaw il-bajjiet madwar Malta u Għawdex. Dan qed isir sabiex iħejju l-bajjiet għall-ammont sostanzjali ta’ nies li ħa jmorru jgawdu l-ġurnata xemxija tal-Ħadd ħdejn il-baħar.
Dan qalitu l-Ministru għat-Turizmu Julia Farrugia Portelli f’kitba fuq il-midja soċjali, li qalet kif l-operaturi qed jiddizinfettaw id-deckchairs bejn persuna u oħra.
Il-Ministru Farrugia Portelli appellat lil pubbliku sabiex iżomm iż-żewġ metri ‘l bogħod min nies oħra, bl-għan li titnaqqas l-imxija tal-Coronavirus.
Skont l-avviż legali li ġie fis-seħħ min nhar il-Ġimgħa li għadda, il-gruppi jistgħu jkunu sa sitt persuni.