Hekk kif matul il-jum tal-Ħadd pajjiżna nħakem minn maltempata qawwija, b’qawwa ta’ riħ li laħqet riefnu, il-Gvern ħa azzjoni mmedjata sabiex il-ħaddiema Għawdxi bix-xift tal-lejla f’Malta, ma jaqsmux il-fliegu.
L-Uffiċċju tal-Kap taċ-Civil qal kif fil-ħin li ġej il-vapuri tal-Gozo Channel se jissospendu s-servizz tagħhom u għalhekk, il-ħaddiema Għawdxin fis-servizz pubbliku wkoll huma eżentati li jirrapurtaw għax-xogħol f’Malta.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Gozo Channel għax-xogħol siewi li qed iwettqu.