Ħaddiema taċ-ċivil li kienu b’kuntratti definiti ta’ tliet snin issa ser ikollhom kuntratti indefiniti.
Illum tqassmet ċirkulari li tgħid li l-ħaddiema fis-servizz pubbliku mhux se jibqgħu aktar żvantaġġjati.
Mijiet ta’ ħaddiema mistennija jkunu affettwati b’dan it-tmiem ta’ sistema u bidu ta’ sistema oħra ġdida.
Il-ħaddiema l-aktar li mistennija jintlaqtu u jibbenefikaw minn din is-sistema huma dawk li jaħdmu fuq proġetti ta’ fondi Ewropej kif ukoll dawk fis-setturi tal-ambjent u l-agrikoltura.
Dan kollu tħabbar mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fl-Uffiċju tal-Prim Ministru, Mario Cutajar li fisser kif il-ħaddiema tal-Gvern mhux se jibqgħu żvantaġġjati ħdejn ħaddiema tal-privat jew parastatali.